
Għall-darb’oħra t-team tal-produzzjoni ta’ Replay, jilqa’ lilkom segwaċi tal-programm fil-web site uffiċjali tal-programm www.replayonline.tv.
Wara s-suċċess miksub fis-snin li għaddew permezz tas-siti elettroniċi, din is-sena ukoll se jinżamm kuntatt magħkhom grazzi ukoll għall-Foto Creative Ltd.
Din is-sena l-innovitajiet tul il-korsa tal-programm mhux se jonqsu. Se jkollna diversi mistiedna esklussivi fil-programm, diskussjonijiet jaħarqu fil-programm, bl-istess l-ewwel edizzjoni tixhed dan il-fatt ukoll.
Dan is-sit ukoll se jigi aggornat b’mod regolari..
Hemm ukoll diversi premijiet esklussivi x’jintrebħu permezz ta’ l-SMS , 50617092.
Replay għandu produzzjoni u prezentazzjoni ta’ Christian Micallef, mgħejjun minn Ġorg Micallef u Bjorn Vassallo , b’direzzjoni ta’ Jeremy A. Dalli, assistit minn Josef Fitzpatrick u Simon Borda. |