Biex nghid il-verita ma tantx haddtha bi kbira meta sirt naf bl-allegat kaz ta’ attentat ta’ korruzzjoni li s’issa jimplika referee u kowç. Ma haddthiex bi kbira ghaliex kif jghid il-Malti, l-qasba ma ççaqçaqx ghal xejn u dan ghaliex ukoll kull min bhali spiss imur Ta’ Qali jara hafna affarjiet strambi u li ma jaghmlux sens (jew jaghmlu?).
Kulhadd huwa nnoçenti qabel jinstab hati, izda bil-mod kif tkellem l-Avukat Joe Mifsud waqt il-Kunsill nhar il-Hamis li ghadda wassalni biex nifhem li hemm provi konkreti, anzi sahansitra wasal biex qal li din hija the tip of the ice-berg.
Onestament iddispjaçini ghall-Avukat Mifsud ghaliex waqt id-diskors imqanqal li ghamel waqt il-laqgha tal-Kunsill deher imwegga’ hafna, imweggha ghaliex il-President apparti il-fatt li huwa responsabbli mir-referees, kulhadd jaf kemm dejjem kien minn ta’ quddiem biex jipprotegi il-klassi arbitrali, izda kien wissihom ukoll biex ma jilghabux man-nar ghaliex jekk jinqabad xi hadd kien se jmur all the way. Li wiehed mir-referees ewlenin hu mplikat f’kaz ta’ korruzzjoni, barra li jien inqisu bhala skandlu, inqisu wkoll bhala tradiment kbir lejn Joe Mifsud.
Izda hawn nixtieq nagœmel ftit mistoqsijiet ta’ riflessjoni…
· Ma tahsbux li min jasal biex jipprova jahdem loghba fuq livell ta’ UEFA, mhux se jiddejjaq jahdem loghba hawn Malta wkoll?
· Min jasal biex jipprova jahdem loghba fuq livell ta’ UEFA tahsbu li kapaçi jdahhal kollegi lokali fit-tbazwir ta’ loghbiet lokali?
· Min jasal biex jipprova jkellem plejer biex jixtrieh, tahsbu li se jiddejjaq ikellem lil xi hadd biex joffrilu s-servizzi tieghu?
· Ma tahsbux li bhalissa hawn hafna nies li litteralment mhux qieghdin jorqdu mal-lejl?
· L-MFA u kif ukoll il-Pulizija se jmorru kif qalilna l-Avukat Mifsud, all the way, fuq dan il kaz u akkost ta’ kollox se jinqabad dan iç-çirku vizzjuz?
· Intom tafu b’xi mediçina li m’hiex hazina?
KUMMENTI
Simon Borda
Fl-ahhar edizzjoni tal-programm Replay, Dr Joe Mifsud ghamel kontinwazzjoni fuq dak li kien maghruf sa issa.
Zvela li kien hemm uhud li laqghu l-appell tieghu.
Tghid se jkollna aktar bombi li jfaqqghu!!!!!!!!!!