Il-club jinsab fi krizi. Wara telfa kontra Strum Graz is-sitwazzjoni li ninsabu fiha igravat. Ninsabu 8 punti taht it-tim fid-disa post tal-klassifika, SV Kapfenberg. Fil-kampjonat Awstrijak jaqa' team wiehed biss allura l-ghan taghna huwa li naqbsu ghad-disa post.
L-Erbgha 28 ta' Ottubru kien hemm laqgha bejn il-President, il-kumitat u l-coach hu gie deciz li il-coach ha jibqa' zgur sa l-ahhar ta' l-istagun.
Wara li gimghatejn ilu soffrejt injury, l-ewwel darba li bdejt nitharreg kien it-Tnejn 2 ta' Novembru fejn filghoud u filghaxija kelli zewg sessjonijiet wahdi mal-personal trainer tat-team. L-ewwel training session bdiet fl-10am waqt it-tieni wahda kompliet fit-3pm. Fl-ewwel tahrig kelli sessjoni fil-gym waqt li fit-tieni wahda segwejt sessjoni ta' giri.
It-Tlieta 3 ta' Novembru kelli sessjoni filghodu mal-personal trainer fejn kienet tikkonsisti minn giri u gym waqt li filghaxija bdejt nitharreg normali mat-team. Hawnhekk il-coach ghazel li jmexxi sessjoni bbazata fuq tattika biss. Nistqar li hassejtni mort tajjeb ghalkemm xorta wahda hassejt ugiegh f'ghonqi u f'sidri.
L-Erbgha 4 ta' Novembru kelli sessjoni kemm filghodu kif ukoll filghaxija pero din id- darba ghamilt kollox mat-team. Filghodu ghamilna sessjoni ta' pylometrics u pusses tal-ballun waqt li filghaxija ghamilna tattika. Ftit ftit l-ugiegh qed jittafa.
Il-Hamis 5 ta' Novembru t-tim kollu kelna sessjoni fit-3pm. Din id-darba tharrigna specifikament fuq shooting u crossing, tattika kif ukoll lejn l-ahhar tat-tahrig laghbna partitella bejn zewg timijiet ta' 10 players kull wiehed.
Il-Gimgha 6 ta' Novembru is-sesjoni ta' training kienet iqsar la darba kienet qed toqrob il-partita tal-kampjonat. Wara warming up ta' 20 minuta, hdimna fuq tattika u laghbna partita bejnitna ta' mhux aktar minn 10 minuti.
Is-Sibt 7 ta' Novembru fit-2pm kellna sessjoni ta' tattika kif ukoll set pieces. Domna madwar siegha training. Il-coach ghajjat it-tmintax-il player fejn jien kont wiehed mill-players maghzula wara li kont barra mit-tim fl-ahhar zewg partiti. Fit-3pm tlaqna bil-bus lejn Linz fejn kelna vjagg twil ta' hames sieghat. Il-Hadd nilaghbu kontra Josko Ried fejn mistennija loghba difficli ghaliex huwa team li home dejjem jilghab tajjeb u llhom ma jitilfu f'dahrom ghal sentejn shah. Nistennew x'se jkun ir-rizultat!