Il- kaz ta’ allegat korruzzjoni li laqghat il-futbol Malti f’dawn l-ahhar gimghat irid jittiehed b’serjeta’ kbira minn dawk kollha li b’xi mod jew iehor huma involuti fil-futbol Malti.
Irid ikollna l-pacenzja li nistennew biex inkunu nafu l-fatti ezatti u jekk hemm min hu hati jigi kkonfermat mill-Qrati tal-Gustizzja u jiehu dak li haqqu. Illum, nahseb li kulhadd drani li nikteb (u dejjem f’ismi) certu stejjer li gazzetti ohra, minhabba raguni jew ohra ma jindunawx bihom jew ikunu jridu jahbu. Nemmen f’gurnalizmu ta’ dan it-tip li mhux dejjem jinzel ghasel ma’ min ikun involut.
Il-fatt li ghaddejja investigazzjoni fuq korruzzjoni li fiha huwa involut il-futbol Malti u persuni Maltin kont naf biha. Kont naf l-ismijiet. U ma’ kulmin hu nvolut fil-gurnalizmu Malti li tkellimt mieghu kien jaf ukoll. Kien jaf kwazi kulhadd, kull gurnalist. Kollha qaghdna pass lura li nizvelaw l-ismijiet. U dan kien il-parir tieghi wkoll ma’ kulmin tkellimt, li ghandna nhallu f’idejn il-Qorti, il-Pulizija u l-MFA biex taghmel dan.
Inhoss li sar zball li l-ismijiet gew zvelati ghall-pubbliku qabel beda l-process gudizzjarju. U kien minhabba dan kollu li personalment qghadt pass lura. Sabuni hafna nies u qaluli, “Se tikteb min huma dawn il-persuni involuti u kif sehh il-kaz?” Kien hemm min stenna li fil-gazzetta Illum tal-gimghat li ghaddew jaqra fuq dan il-kaz. Kont kontra mill-ewwel li naghmel dan. Ir-raguni primarja kienet wahda…Ma ridtx li b’xi mod nikteb jew nghid xi haga fil-mezzi tax-xandir li seta’ jinfluwenza l-process tal-Qorti u tal-Pulizija. Inhoss li hekk titlob is-serjeta’. Li kieku kaz hekk kien se jibqa’ biss fic-cirku tal-futbol ibqghu certi li kont inkun minn tal-ewwel bhalma dejjem ghamilt li nizvela l-ismijiet u l-fatti kollha!
M’hemmx dubju li jekk dak li qed jigi allegat jinstab il-provi fuqu se jiskossja l-futbol Malti u l-Assocjazzjoni Maltija tal-futbol. Li fil-futbol Malti kienu qed jigru affarijiet strambi indunajna kollha. U aktar minn cert li se jibqghu jigru, bhalma jigri fil-kumplament tad-dinja kollha. Biss, wara tant snin nisimghu hafna diskorsi fuq kulhadd, faqqa’ dan il-kaz.
Wiehed bilfors jahseb u jistaqsi lilu nnifsu, “Imma jien ghalfejn qed immur il-grawnd insegwi l-futbol Malti meta jista’ jkun li hafna partiti jkunu b’rizultat destinat minn qabel?” Hija mistoqsija li wiehed ghandu jizen, l-aktar meta jahseb li la gara kaz hekk f’partita Ewropea, jista` jsir xi haga simili f’kampjonat domestiku. Hija mistoqsija li thassbek bis-serjeta’ meta tqis li l-futbol Malti huwa fost l-ifqar fl-Ewropa u fid-Dinja u xorta jista’ jkun li fih qed ikollna l-irregolaritajiet.
Dan huwa biss x’instema s’issa. Inhallu kollox f’idejn il-Pulizija u l-Qorti. Ir-rizultat ahhari ta’ dan il-kaz jista’ jkun kollox. Filwaqt li kulhadd jispera li m’hemm assolutament xejn milli qed jinstema, kulhadd jispera wkoll li min jinstab hati fuq korruzzjoni jhallas u jiehu dak li haqqu, hu min hu!!
Quddiem dan kollu, u quddiem min ghogbu jaqbez lill-MFA, lill-Pulizija u lill-Qorti biex jidher li ghamel xi opra billi zvela l-ismijiet, bilfors ikolli mistoqsija wahda: “Possibbli wasalna s’hawn?”