L-organizzaturi tat-tieni edizzjoni ta' Replay Gala Night, Robert Cutajar u Christian Micallef, fin-nuqqas ta' Charles Camenzuli li kien indispost, indirizzaw l-ahhar konferenza ta' l-ahbarijiet qabel is-serata tant mistennija li bhalissa tinsab fuq fomm id-dilettanti kollha tal-football lokali. Waqt din il-konferenza ta' l-ahbarijiet f'The Grand Hotel Excelsior fil-Floriana, kienu zvelati l-finalisti f'tnax-il kategorija differenti minn hmistax li se jkunu ppremjati waqt l-edizzjoni ta' din is-sena li se ssir nhar il-Gimgha 4 ta' Lulju fil-lukanda mmsemmija.
L-aktar player li ghandu nominazzjonijiet ghal din l-edizzjoni huwa n-Nigerjan ta' Valletta (ghalkemm issa ffirma ma' Dynamo Kiev), Frank Temile li jinsab nominat f'erba' kategoriji differenti li huma Replay Player taht il-21 sena 2007/08, Replay l-aqwa akkwist ta' l-istagun 2007/08, Replay Attakkant 2007/08 u Replay Player Barrani 2007/08.
M'hemm l-ebda player li ghandu tliet nominazzonijiet waqt li hemm seba' players li ghandhom zewg nomini kull wiehed. Dawn huma Gilbert Agius, Omar Sebastian Monesterolo u Stephen Bezzina ta' Valletta, Ronnie Hartvig u George Mallia ta' B'Kara, Kevin Sammut ta' M'Xlokk u Njongo Priso ta' Msida.
L-aktar club li ghandu nomini huwa Valletta li ghandu tlettax-il nomina differenti. Isegwu B'Kara b'sitt nomini u M'Xlokk b'hames nomini rispettivament. Interessanti l-fatt li mis-sitt teamijiet li fl-ahhar fazi tal-kampjonat BOV Premier League laghbu fic-championship pool, Sliema biss m'ghandhom l-ebda nomina. Madankollu dan ma jfissirx li l-ebda player minn taghhom ma jista' jirbah l-ebda unur la darba hemm tliet premijiet li l-ebda player minn taghhom ma jista' jirbah l-ebda unur la darba hemm tliet premijiet ohra li r-rebbieh ma jiddependix fuq gurija partikolari.
L-organizzaturi fakkru ukoll li apparti dawn il-premijiet kollha, waqt is-serata se jkunu pprezentati l-unuri ta' l-aqwa player tas-sena tal-gurnali The Times, The Malta Independent u In-Nazzjon.
'L-ikbar stennija tas-serata hija ghaz-zewg unuri innovattivi li se jinghataw ghall-ewwel darba fil-football Malti, igifieri t-Top Star Award u l-Future Star Award li huma l-ekwivalenti tal-PFA Players' Player of the Year u l-PFA Young Player of the Year li jinghtaw fl-Ingilterra. Malli habbarna t-tnedija ta' dawn iz-zewg unuri mall-ewwel bdejna nircivu rispons pozittiv minghand id-dilettanti tal-football lokali,' qalu Cutajar u Micallef.
Is-Sibt li ghadda, f'stqarrija ghall-istampa kien zvelat li sa dik il-gurnata kienu diga' ivvutaw 53.7% tal-players elegibli sabiex jivvutaw ghal dawn iz-zewg unuri.
Hemm ukoll interess kbir ghall-player favorit tal-pubbliku. Il-votazzjoni ssir permezz ta' SMS bill wiehed jibghat messagg fuq 50615050 bl-isem tal-player. Replay s'issa diga' irciva mijiet ta' messaggi u l-organizzaturi zvelaw li fost l-aktar ismijiet komuni f'ordni alfabetika tal-club taghhom hemm George Mallia ta' B'Kara, Tyrone Farrugia ta' Msida, Matthew Bartolo ta' Sliema, Gilbert Agius, Stephen Bezzina u Frank Temile ta' Valletta.
M'hemm l-ebda restrizzjoni ghal kemm wiehed jista' jivvota ghal player tas-sena maghzull mill-pubbliku u kull darba li wiehed jippartecipa jidhol bic-cans li jirbah diversi rigali sbieh fosthom vaganza gentilment moghtija minghand il-Euro Tours ghal Slovenja, Italja u Kroazja.
L-organizzaturi fakkru li ghall-ewwel darba fil-football Malti ukoll qieghed jinghata rikkonoxximent lill-clubs kollha li ghandhom sit elettroniku fuq l-internet billi wiehed mill-unuri tas-serata waqt ir-Replay Gala Night ta' din is-sena se jkun l-aqwa club web site minn fost il-clubs kollha mill-kampjonat Premier sal-kampjonat tat-tielet divizjoni. Tnejn mit-tliet finalisti ghal dan il-premju gejjien mill-kampjonat tat-tieni u t-tielet divizjoni, igifieri Mgarr United u Mdina Knights.
Ghal din is-serata se jinghataw ukoll zewg unuri ohra specjali u separati. Dawn huma Replay rikkonoxximent ghas-servizz moghti lil club u Replay 'Unur Hajja fil-Football'. Cutajar u Micallef naqsu jizvelaw minn huma l-persuni li se jkunu ppremjati f'dawn iz-zewg unuri partikolari tant li l-anqas l-individwi koncernati ma jafux li se jigu ppremjati u din se tkun sorpriza ghalijhom waqt is-serata.
'La qeghdin nitkellmu dwar sorprizi, Net Television u Replay haseb sabiex ihejji sorpriza ghas-serata infisha izda mhux se nizvelaw x'inhi. Tkunu tafu fil-gurnata ta' Replay Gala Night,' ziedu jghidu l-organizzaturi.
Fost il-persuni distinti li se jkunu qeghdin jipprezentaw xi wiehed mill-premijiet se jkun hemm Joe Cilia, Joe Cini, Victor Scerri, John Holland, Michael Degiorgio, Benny Pace u ohrajn.
Din is-serata se tkun trasmessa b'mod dirett fuq Net Television, nhar il-Gimgha 4 ta' Lulju fit-20:30 bil-presentazzjoni ta' Robert Cutajar u Louise Tedesco.
Ghal aktar informazzjoni wiehed jista' jibghat e-mail fuq replay@nettv.com.mt jew jidhol fil-web site ufficjali ta' Replay www.replayonline.tv .
L-edizzjoni ta' din is-sena ta' Replay Gala Night hija sponsorjata minn Heineken, BOV, Coca Cola, Caccu Social Club, Cassar Ship Repair, Eurosport, Gillette, Colfresh, Airmalta, Sports Experience, Euro Tours, Konica Minolta, HP, Artistocrat, Repro House Ltd. u The Grand Hotel Excelsior.
Il-finalisti fit-tnax-il kategorija minn hmistax huma:
Replay Player ta' l-ewwel divizjoni 2007/08
Eviparker Anthony (Vittoriosa)
Farrugia Joseph (Qormi)
Vella Elton (Mosta)
Replay Player taht il-21 sena 2007/08
Bezzina Stephen (Valletta)
Fenech Ryan (Hamrun)
Temile Frank (Valletta)
Replay Ufficjal/Dirigent 2007/08
Micallef Robert (M'Xlokk)
Sciriha Victor (Valletta)
Replay Coach 2007/08
Buttigieg John (B'Kara)
Talbot Brian (M'Xlokk)
Zammit Paul (Valletta)
Replay l-aqwa akkwist ta' l-istagun 2007/08
Hartvig Ronnie (B'Kara)
Priso Njongo (Msida)
Temile Frank (Valletta)
Replay Goalkeeper 2007/08
Debono Reuben (M'Xlokk)
Hogg Andrew (Valletta)
Sullivan Sean (Hamrun Spartans)
Replay Difensur 2007/08
Bezzina Stephen (Valletta)
Hartvig Ronnie (B'Kara)
Mifsud Josef (Valletta)
Replay Midfielder 2007/08
Agius Gilbert (Valletta)
Mallia George (B'Kara)
Sammut Kevin (M'Xlokk)
Replay Attakkant 2007/08
Monesterolo Omar Sebastian (Valletta)
Perreira Marcello (Mqabba)
Temile Frank (Valletta)
Replay Player Barrani 2007/08
Monesterolo Omar Sebastian (Valletta)
Priso Njongo (Msida)
Temile Frank (Valletta)
Replay Player Malti 2007/08
Agius Gilbert (Valletta)
Mallia George (B'Kara)
Sammut Kevin (M'Xlokk)
Replay l-aqwa web site ta' club
B'Kara FC - www.birkirkarafc.com
Mdina Knights - www.mdinaknightsfc.com
Mgarr United - www.mgarrutd.com