Futbol Malti
  Team Nazzjonali
  Futbol Lokali
 
 Futbol Ewropew
  Champions League
  Futbol Taljan
  Futbol Ingliż
 
 Replay Extras
  Rajna u Smajna
 
 Sport eXtra
  Il-program
  Rugby
  Sport Ieħor
  MOC
  Pubblikazzjonijiet
  Ghazliet Sportivi 2008
 
 Blogs
  Antoine Portelli
  Djarju - Andre Schembri
  John Borg
  Mark Attard
 
 Arkivju
  Statistika 2007/2008
  Mawra Juventus 2008
  Replay Gala Night 2008
  Ghazliet Sportivi Nazzjonali 2007
 
 
 
 

Rajna u Smajna

 
23-Nov-2009
Rajna u Smajna 22/11

Jer[a jiskorja Hutchinson
 
John Hutchinson u Cental Coast Mariners kienu f’vena mill-aqwa l-bierah meta ghelbu barra minn darhom il-formazzjoni ta’ Robbie Fowler, North Queensland Fury fl-A-League Awstraljan. Il-Mariners rebhu bl-iskor kbir ta’ 5-1 u Hutchinson skorja l-ahhar gowl fit-82 minuta. Wellington Phoenix, it-tim li mieghu jilghab il-Malti-Awstraljan l-iehor, Manny Muscat, dalghodu kisbu rebha importanti ta’ 1-0, ukoll barra minn darhom, kontra Newcastle Jets. Muscat laghab il-partita kollha. t-tnejn laghbu l-partita kollha mat-timijiet rispettivi taghhom fl-A-League Awstraljan. Hutchinson spicca fuq in-naha telliefa fid-derby kontra Newcastle Jets. Fil-klassifika, Central Coast Mariners jinsabu fir-raba’ post bi 23 punt minn 15 –il loghba waqt li Wellington issa telghu is-sitta bi 17 –il punt u loghba anqas.
 
Schembri jibda minn fuq il-bank
It-tim ta’ Andre Schembri, Austria Karnten baqaw ankrati f’qiegh il-klassifika tal-Bundesliga Awstrijaka meta l-bierah f’darhom harbu telfa ohra, din id-darba ta’ 3-0 kontra Mattersburg. Andre dahal jilg]ab fl-74 minuta meta l-iskor kien digà 2-0. Illum intant thabbar li l-kowc Frankie Schinkles tkecca u minfloku diga qed jissemmew numru ta’ kowcis Awstrijaci u Germanizi.
 

Talba ta’ Melita ghal plejer barrani

Ir-regulations committee ta’ l-MFA trid tiddcciedi fuq talba ta’ Melita li jirregistraw mat-tim plejers barranin.  Bhalma tafu Melita huwa tim bl-istatus ta’ amateur, waqt li barrani li jigi Malta huwa kkunsidrat bhala professional, ghax jigi f’pajjizna biex jahdem.
 
Tarxien jiktbu g]al Bueno
 
Il-Braziljan, eks Tarxien, Daniel Mariano Bueno, ghadu mhux jilghab b’mod regolari fl-oghla divizjoni Pollaka ma’ Odra Wodzislaw, tim li jinsab ankrat fl-ahhar post tal-klassifika. Replay ghandu informazzjoni ta’ min jorbot fuqha li fil-jiem li ghaddew Tarxien Rainbows kitbu ufficjalment lill-klabb ta’ Bueno fil-Polonja biex juru l-interess taghhom fil-plejer. Dan sar ghaliex Tarxien jixtiequ jiksbu lura lil Bueno f’Jannar li Gej. F’kuntatt li ghamilna mat-tim manager ta’ Tarxien, John Vella, hu  qalina li f’dan l-istadju ma kellu l-ebda kumment x’jaghti. Replay hu infurmat wkoll li Sliema huma interessati fil-plejer madankollu dawn ghadhom m’ghamlu l-ebda kuntatt mal-klabb Polakk li maghhom Bueno ghandu kuntratt ta’ tliet snin. Jidher li mhux eskluza l-possibilta’ li fil-kuntratt, Bueno setgha ghandu klawsola biex Tarxien ikollhom right for first refusal, b’hekk Tarxien ikollhom dritt li jakkwistaw lura lil Bueno qabel xi klabb iehor.

Intant il-bierah Bueno dahal jilghab fit-63 minuta ma’ Odra Wodzislaw kontra Slask Vroklav fit-telfa ta’ 4-0. Dan l-istagun, Bueno laghab biss disa’ partiti fil-kampjonat u skorja gowl wiehed.
 

Il-clubs imhassba dwar il-fixtures tal-youths 

 

Fl-ahhar laqgha tal-Kunsill tal-MFA kien hemm diskussjoni fejn il-klabbs li t-tim taghhom jilghab f'sezzjoni A tal-under 18 oggezzjonaw ghall-fatt kif il-loghob minn din is-sezzjoni gew ipprogramati biex jintghlabu fit-tmiem ta' kull gimgha. Jidher li din ma nizilitx tajjeb mall-clubs koncernati tant li ilmentaw dwar il-kongestjoni ta' fixtures u stqarrew li mhumiex se jaccettaw loghob fit-tmiem il-gimgha.

 

Vittoriosa mahfura 2,000 ewro

 

Fil-jiem li ghaddew, il-kaz tal-korruzzjoni u l-kundanna ta’ Vittoriosa Stars mar quddiem l-Independent arbirtration tribeunal, igifieri l-ahhar tribubal li meta wiehed jitlef appell jista jmur quddiemu. Il-verdett li hareg dan it-tribunal kien li hafru lil Vittoriosa s-somma ta’ 2,000 ewro. Issa jmiss lil M’Xlokk li jmorru quddiem dan it-tribunal, l-liema kaz mistenni jinstemma ghada.

 

Skandlu kbir ta’ korruzjoni
Waqt li pajjizna dam xhur shah jitkellem dwar zewg kazijiet ta’ korruzjoni matul l-2009, fil-Germanja faqqa skandlu iehor kbir dwar korruzjoni fil-futbol, skandlu li eghzezz mill-qiegh lill-bqija tal-Ewropa. Puluzija f’erba’ pajjizi Ewropej wetqu 50 raid simultanji u arrestaw 15 –il persuna fil-Germanja u tnejn ohra fl-Isvizzera bhala parti minn investigazzjonijiet dwar tixhim fil-futbol, l-aktar konness mal-loghob tal-betting. Skont l-awtoritajiet b’kollox hemm 200 loghba taht il-lenti tal-investigaturi. Dan il-loghob huwa mifrux madwar 9 kampjonati Ewropej waqt li tliet partiti mill-fazi preliminari tal-UEFA Champions League u ohrajn mill-Europa League dan l-istagun, qed ikunu investigati. Fost il-persuni arrestati hemm Ante Sapina, il-mohh wara l-iskandlu ta’ hames snin ilu marbut mar-referee Germaniz, Robert Hoyzer. Jidher li l-UEFA hija preokuppata hafna b’dan l-ahhar skandlu, skandlu li sej]itlu l-aghar wiehed fl-istorja !

Ikkumenta fuq l-artiklu

 
 
 
Rajna u Smajna 22/11 (23-Nov-2009)
Rajna u Smajna 08-11 (9-Nov-2009)
Il-Hadd 11 ta' Ottubru (13-Oct-2009)
Rajna u Smajna - Il-Hadd 4 ta' Ottubru 2009 (5-Oct-2009)
Smajna u Rajna (2-Mar-2009)
Rajna u Smaja (5-Jan-2009)
Rajna u Smajna (22-Dec-2008)
 
 
 

 
 
©Copyright 2010. All rights reserved. 
Web Design & Hosting by Foto Creative Ltd