L-isbaħ rigal tal-Aħħar tas-Sena"- Massimo Grima
Wara li reġa' ssejjaħ wara ħames snin
sports@media.link.com.mt
31 ta' Diċembru, 2009 14:53 CET
Min-nhar it-Tnejn, Massimo Grima, difensur ta' Qormi, se jirritorna fl-iskwadra tat-tim nazzjonali. Grima, li ilu nieqes mit-tim nazzjonali madwar ħames snin, issejjaħ mill-coach nazzjonali, John Buttigieg fi skwadra ta' 23 player. Se jkun qed jirritorna wkoll Terence Scerri ta' Valletta.
F'kumment li ta lil MaltaRightNow.com, Grima qal li hu ta' sodisfazzjon kbir għalih li se jkun qed jirritorna fit-tim nazzjonali. "Dan hu l-isbaħ rigal li stjat naqla' fl-aħħar tas-sena," ikkummenta Grima, li qal li matul is-sajf ħadem ħafna u qed jagħti kull ma jaf u ġie apprezzat mill-coaches, John Buttigieg u Carmel Busuttil. Grima tkellem ukoll dwar Qormi FC u qal li din hija ħolma li jittama li jkomplu joħolmu sat-tmiem.
Mill-iskwadra magħżula minn Buttigieg, li se tibda tittrenja tliet darbiet fil-ġimgħa min-nhar it-Tnejn, tneħħew il-players Etienne Barbara, Aaron Xuereb, Jean Pierre Mifsud Triganza, Cleavon Frendo u Ian Azzopardi.