Manchester United jinqalgħu mill-FA Cup fit-tielet rawnd
Manchester United jinqalgħu mill-FA Cup fit-tielet rawnd
Matthew BONETT
3 ta' Jannar, 2010 16:06 CET
Fl-akbar sorpriża fit-tielet rawnd tal-FA Cup, f'darhom, Manchester United ġew megħluba bl-iskor ta' 1-0 mit-team ta' League One, Leeds. Il-gowl kruċjali wasal fid-19-il minuta minn Beckford.
Leeds laqtu l-lasta fl-aħħar mumenti tal-partita minn free-kick ta' Robert Sondgrass, waqt li Wayne Rooney kellu x-xutt tiegħu devjat minn fuq il-linja.
Taħt it-tmexxija ta' Sir Alex Ferguson, din kienet l-ewwel darba li Manchester United inqalgħu fit-tielet rawnd tal-FA Cup minn skwadra f'livell aktar baxx. Fil-kampjonat, Manchester United issa jmisshom jilagħbu d-derby ta' Manchester, kontra Manchester City.