Il-captain tal-Italja Fabio Cannavaro kien meħlus minn kull offiża ta’ doping wara li falla eżami tad-doping minħabba kura li ngħata għal gidma ta’ insett. Dan ħabbru l-Kumitat Olimpiku Taljan illum. Fi stqarrija l-CONI qal li kien waqqa’ kull proċeduri kontra Fabio Cannavaro u laqa’ t-talba tal-prosekutur li kien talab biex ma jittieħdux passi.
“Inħossni rrabjat ħafna. Il-kuxjenza tieħgu nadifa. Tlaqqat gidma minn naħla u ssib ruħek fil-ġurnali daqs li kieku kont qed tieħu d-drogi. Din hi t-tieni darba li sibt ruħi fi storja bħal din,” qal Cannavaro miċ-ċentru ta’ taħriġ tat-team nazzjonali fejn qed jipprara għal-logħba kontra Ċipru għada.