Futbol Malti
  Team Nazzjonali
  Futbol Lokali
 
 Futbol Ewropew
  Champions League
  Futbol Taljan
  Futbol Ingliż
 
 Replay Extras
  Rajna u Smajna
 
 Sport eXtra
  Il-program
  Rugby
  Sport Ieħor
  MOC
  Pubblikazzjonijiet
  Ghazliet Sportivi 2008
 
 Blogs
  Antoine Portelli
  Djarju - Andre Schembri
  John Borg
  Mark Attard
 
 Arkivju
  Statistika 2007/2008
  Mawra Juventus 2008
  Replay Gala Night 2008
  Ghazliet Sportivi Nazzjonali 2007
 
 
 
 

Other News

 
10-Nov-2009
Minn Replay ħareġ…
Mhux kulhadd jaqbel dwar il-bdil tal-fixtures
 

minn Roderick Vella replay@nettv.com.mt

Fil-programm tal-Ħadd li għadda kien diskuss bir-reqqa l-bidu tal-kampjonat tal-ewwel divizjoni, ftit jiem biss ‘il bogħod mill-bidu tiegħu.  Il-kampjonat se jibda fit-28 ta’ dan ix-xahar. X’inhuma il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li din is-sena il-kampjonat se jibda daqshekk tard? 

Il- kowċ ta’ St. Patrick’s, Alfred Attard jaqbel ma’ l-idea u mall-format għaliex kif spjega hu stess, ilu biss ftit ġimgħat kowċ tas-Saints u żgur kellu bżonn iż-żmien biex jidra l-ambjent u il-plejers tat-tim il-ġdid tiegħu. Anke jekk il-kampjonat għadu ma bediex, it-tim minn Haz-Zabbar diġa’ lagħab sitt partiti kompettitivi, fejn fost l-oħrajn ikkwalifikaw għas-semi-finali tal-kompetizzjoni knock-out tal-ewwel divizjoni.

Ta’ l-istess opinjoni hu l-kowċ il-ġdid ta’ Mosta, Oliver Spiteri. Din is-sena dan il-klabb għamel diversi kambjamenti fit-tim fejn fost l-oħrajn biddel 12-il plejer. Kif stqarr Spiteri nnifsu f’Replay tal- Ħadd li ghadda “biex tamalgamahom” hemm bżonn iż-żmien. Spiteri zied jgħid li Mosta fadlilhom biss isibu l-konsistenza, mill-bqija s’issa hu sosdisfatt mir-rizultati.

Il-mistieden residenti ta’ Replay, Hugh Caruana ma jaqbilx maz-zewg kowċis għaliex skond hu l-kampjonat gie aktar mgħaġġel u hemm bżonn li jkollok skwadra kbira biex tpatti tal-logħob kostanti li hemm.

Imma għaliex dan il-format ġdid fl-ewwel diviżjoni? Is-segretarju ta’ l-Istanding Committee Bjorn Vassallo u l-Viċi-President ta’ Pieta Joe Sammut, elenkaw uħud mill-vantaġġi; kull tim se jilgħab logħba fil-ġimgħa u eventwalment it-timijiet se jiffrankaw xahar paga tal-plejers, la il-kampjonat se jkun iqsar. Dan kollu jaf jaghmel sens meta wiehed jikkonsidra li fl-ahhar stagun, it-timijiet f’din id-divizjoni ghamlu €10,000 telf.

Fl-istess diskussjoni tqajjem l-argument dwar il-ħin tal-logħob fil-fixtures tal-ewwel divizjoni. Il-mistiedna prezenti, partikolarment il-kowcis staqsew kemm hu sew ghall-pubbliku sportiv Malti u ghall-players infushom li l-loghob jintlghab nhar ta’ Hadd fid-9am. Minn dan l-istagun ukoll, se tibda tintlghab partita wahda fil-gimgha t-Tnejn filghaxija. Din id-decizjoni ftit li xejn nizlet tajba mal-kowc ta’ Mosta, Spiteri u mal-Vici President ta’ M’Xlokk, Anthony Micallef peress li hafna mill-plejers Maltin jahdmu sal-5pm.

Matul l-istess programm, Joe Sammut ddeskriva lil M’Xlokk bhala ‘il-Valletta tal-First Division’, b’accenn partikolari li dan it-tim mistenni jiddomina l-kampjonat ta’ din is-sena. Għandu raġun? Nistennew u naraw.

…Replay ikompli, il-Hamis 18.30 fuq Radio 101.

Ikkumenta fuq l-artiklu

 
25 sena wara l-log]ba storika Malta vs {ermanja.   (19-Dec-2009)
GOWL GĦALL-ISTRINA   (2-Dec-2009)
Te jew cafe'?   (18-Nov-2009)
Liema hu l-aqwa kampjonat – Premiership Ingli/ jew Serie A?   (13-Nov-2009)
Minn Replay ħareġ…   (10-Nov-2009)
Il-kampjonat ta’ l-ewwel diviżjoni u l-UEFA Champions League f’Replay   (8-Nov-2009)
Exclusive interview with Dusan Fitzel   (31-Oct-2009)
Replay f’Awstrija – Servizz estensiv dwar Andre Schembri.   (23-Oct-2009)
Il-log]ob jintlg]ab fil-ground…id-diskussjoni tkompli f’Replay   (16-Oct-2009)
Replay janalizza Portugall vs Malta   (9-Oct-2009)
Replay : Intervista esklussiva ma’ Dr Joe Mifsud.   (2-Oct-2009)
Jirritornaw Sport Extra u Replay fil-11 ta' Ottubru   (23-Sep-2009)
Sheffield Wednesday se jilagħbu għas-Centennial Cup ta' Sliema Wanderers   (5-Jul-2009)
Fidda storika għal William Chetcuti   (3-Jul-2009)
Mistiedna rappre/entanti tat-tliet champions fid-divi/jonijiet inferjuri   (11-Jun-2009)
“ Wara CIPRU 2009 ” fi Sport Extra Il-Hamis fit-8.30 ta’ filghaxija   (10-Jun-2009)
CIPRU 2009 - Ahbarijiet   (2-Jun-2009)
Ic-Champions Hibernians fl-Istudio ta’ Net TV.   (29-May-2009)
Intervista esklussiva ma’ Dusan Fitzel   (15-May-2009)
Replay...   (9-May-2009)
   
 
 
 
 
©Copyright 2010. All rights reserved. 
Web Design & Hosting by Foto Creative Ltd