Il-kampjonat BOV Premier League jinsab wieqaf iżda fit-tmiem il-ġimgħa tisskokta l-kompetizzjoni 100 League Anniversary Cup. Għaldaqstant fis-sitt programm mil-għaxar sensiela ta' Replay fuq Net Television, it-tim tal-produzzjoni se jkun qiegħed jiddiskuti l-partiti prinċipali ta' din il-kompetizzjoni, preview tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni li se jibda nhar is-Sibt 21 ta' Novembru u mix-xena internazzjonali ħarsa lejn il-UEFA Champions League.
Fl-istudio ta' Replay u bi presentazzjoni ta' Christian Micallef se jkun hemm il-coaches ta' St. Patrick's u Mosta, Alfred Attard u Oliver Spiteri, flimkien mal-uffiċjali ta' Pieta Hotspurs u M'Xlokk, Joe Sammut u Anthony Micallef. Dawn se jagħmlu analiżi ta' dak kollu li qed jistennew mit-timijiet rispettivi tagħhom dan l-istaġun.
Fit-tieni parti tal-programm, għall-ewwel darba dan l-istaġun se tkun qed tingħata ħarsa estensiva lejn dak kollu li qed jiġri fil-UEFA Champions League. F'din il-parti tal-programm se jkun preżenti fl-istudio tal-programm il-co-producer ta' Replay George Micallef, il-President tas-Supporters Club f'Malta ta' Manchester United Joe Tedesco, l-x player ta' Hamrun Spartans Konrad Sultana u Oliver Spiteri. Flimkien magħhom ikun hemm il-mistiedna residenti tal-programm, Hugh Caruana u Bjorn Vassallo. Assenti mill-programm ta' din il-ġimgħa se jkun hemm Joe Caruana Curran.
Ma jistax jonqos li fil-programm ta' nhar il-Hadd li ġej ma jkunx hemm l-aħħar aħbarijiet esklussivi mill-futbol lokali marbuta mar-rokna ‘Rajna u xi Smajna'.
Kulħadd jista jipparteċipa fl-istaħrriġ ta' Replay permezz tal-SMS fuq 50617092, jew permezz tal-email replay@nettv.com.mt.
Replay għandu direzzjoni ta' Jeremy Dalli waqt li l-producers tal-programm huma l-aħwa Christian u George Micallef.