Futbol Malti
  Team Nazzjonali
  Futbol Lokali
 
 Futbol Ewropew
  Champions League
  Futbol Taljan
  Futbol Ingliż
 
 Replay Extras
  Rajna u Smajna
 
 Sport eXtra
  Il-program
  Rugby
  Sport Ieħor
  MOC
  Pubblikazzjonijiet
  Ghazliet Sportivi 2008
 
 Blogs
  Antoine Portelli
  Djarju - Andre Schembri
  John Borg
  Mark Attard
 
 Arkivju
  Statistika 2007/2008
  Mawra Juventus 2008
  Replay Gala Night 2008
  Ghazliet Sportivi Nazzjonali 2007
 
 
 
 

Other News

 
5-Jul-2009
Sheffield Wednesday se jilagħbu għas-Centennial Cup ta' Sliema Wanderers
 

Sheffield Wednesday se jilagħbu għas-Centennial Cup ta' Sliema Wanderers
maltarightnow.com
3 ta' Lulju, 2009  19:00 CET

Sliema Wanderers se jkunu qed jiċċelebraw il-100 sena mit-twaqqif tagħhom b'tournament trijangolari flimkien ma' Sheffield Wednesday u forsi Valletta FC jew B'Kara għar-rebħ tas-Centennial Cup. Dan tħabbar minn Louis Agius f'isem l-organizzaturi JPL Sportevents, fil-preżenza tal-uffiċjali ta' Sliema W, Valletta u r-rappreżentant ta' Sheffield Wednesday.

Agius qal li Sheffield Wednesday, li se jaslu Malta fil-11 ta' Lulju b'kontinġent ta' 39 persuna u 260 partitarju għal training camp li se jkunu qed jagħmlu f'pajjiżna sat-18 ta' Lulju, se jkunu qed jieħdu sehem f'żewġ tournaments trijangolari, li t-tnejn se jintlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium, il-Ħamrun. Fl-ewwel tournament għat-Tazza JPL, fit-13 ta' Lulju, Sheffield se jilagħbu partiti ta' 45 minuta-l waħda kontra Floriana u Dingli S. L-ewwel partita tkun fit-8pm, bejn Floriana u Dingli. It-tellief jilgħab fil-partita ta' wara, li tibda fid-9pm, kontra Sheff. Wed. L-aħħar logħba, li tibda fl-10pm, tkun bejn Sheff. Wed u r-rebbieħ tal-ewwel logħba. It-tieni tournament se jkun fis-16 ta' Lulju għas-Centennial Cup. Fih mistennija jieħdu sehem l-istess Sheff Wed, Sliema Wanderers u Valletta. Madankollu, Agius qal li peress li Valletta għandhom ċans kbir li javvanzaw għat-tieni round tal-Europa Cup, jekk dan iseħħ - kif awgura li jsir - minflok Valletta jidħlu B'Kara. Hu qal li f'każ li anki B'Kara javvanzaw għal round ieħor, tintlagħab partita waħda biss ta' 90 minuta bejn Sliemau Sheff Wed. Iż-żewġ tournaments se jkunu fuq l-istess format fejn għal rebħa tim jieħu 3 punti u f'każ ta' draw jingħataw il-penalties. It-tim rebbieħ jieħu 2 punti u dak tellief bil-penalties jieħu punt wieħed. Dan it-tieni tournament se jintwera fuq il-Melita Sports. Hemm ukoll possibbiltà kbira li t-tournament jintwera fuq stazzjon televiżiv barrani.

Stephen Abela, il-President tas-Sliema qal li dan it-tournament se jkun qed jaħbat mal-100 sena mit-twaqqif ta' Sliema W, u se jservi ta' preparazzjoni għal kontra Maccabi tal-Iżrael fl-Europa Cup. Huwa fakkar li dalwaqt ikunu inawgurati l-faċilitajiet sportivi ta' Tignè. Joe Attard, f'isem Valletta, waqt li awgura kull suċċess fit-tournament qal li jittama li Valletta ma jiħdux sehem għax dan ikun ifisser li għaddew għal round ieħor fl-Ewropa. Warren Zahra, f'isem Sheffield Wednesday qara stqarrija mibgħuta mill-club li wera ruħu eċċitat u kburi li se jilgħab kontra l-aqwa timijiet Maltin f'dan it-tournament. Hu qal li huma għażlu għall-ewwel darba lil Malta għal dan it-training camp peress li baqgħu impressjonati bil-faċilitajiet eċċellenti f'Ta' Qali u bl-akkoljenza tal-pubbliku.

Ikkumenta fuq l-artiklu

 
25 sena wara l-log]ba storika Malta vs {ermanja.   (19-Dec-2009)
GOWL GĦALL-ISTRINA   (2-Dec-2009)
Te jew cafe'?   (18-Nov-2009)
Liema hu l-aqwa kampjonat – Premiership Ingli/ jew Serie A?   (13-Nov-2009)
Minn Replay ħareġ…   (10-Nov-2009)
Il-kampjonat ta’ l-ewwel diviżjoni u l-UEFA Champions League f’Replay   (8-Nov-2009)
Exclusive interview with Dusan Fitzel   (31-Oct-2009)
Replay f’Awstrija – Servizz estensiv dwar Andre Schembri.   (23-Oct-2009)
Il-log]ob jintlg]ab fil-ground…id-diskussjoni tkompli f’Replay   (16-Oct-2009)
Replay janalizza Portugall vs Malta   (9-Oct-2009)
Replay : Intervista esklussiva ma’ Dr Joe Mifsud.   (2-Oct-2009)
Jirritornaw Sport Extra u Replay fil-11 ta' Ottubru   (23-Sep-2009)
Sheffield Wednesday se jilagħbu għas-Centennial Cup ta' Sliema Wanderers   (5-Jul-2009)
Fidda storika għal William Chetcuti   (3-Jul-2009)
Mistiedna rappre/entanti tat-tliet champions fid-divi/jonijiet inferjuri   (11-Jun-2009)
“ Wara CIPRU 2009 ” fi Sport Extra Il-Hamis fit-8.30 ta’ filghaxija   (10-Jun-2009)
CIPRU 2009 - Ahbarijiet   (2-Jun-2009)
Ic-Champions Hibernians fl-Istudio ta’ Net TV.   (29-May-2009)
Intervista esklussiva ma’ Dusan Fitzel   (15-May-2009)
Replay...   (9-May-2009)
   
 
 
 
 
©Copyright 2010. All rights reserved. 
Web Design & Hosting by Foto Creative Ltd