“ Wara CIPRU 2009 ” fi Sport Extra
Analizi ta’ dak li sehh fit-13 l-Edizzjoni tal-Loghob f’Cipru
It-33 programm mis-sensiela SPORT EXTRA ser jixxandar illum fuq NetTelevision mit-8.30 ta’ filghaxija . Matul il-programm ser issir analizi dwar dak illi sehh bejn l-1 u s-6 ta’ Gunju matul it-13 l-Edizzjoni tal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar tal-Ewropa f’Cipru.
Mistiedna ewlenin fil-programm l-Imhallef LINO FARRUGIA SACCO, President tal-Kumitat Olimpiku Malti u MARK CUTAJAR Direttur tal-Isport fi hdan il-Kumitat Olimpiku Malti.
Bi produzzjoni u prezentazzjoni ta’ Charles Camenzuli, li kien wkoll prezenti ghall-Loghob f’Cipru, ma jonqsux uhud mill-protagonisti ghall-Team Malta fosthom it-tiraturi William Chetcuti, Clive Farrugia, Nazzareno Attard u William Vella flimkien mal-President tal-Malta Shooting Sports Federation Salvu Portelli.
Ghall-ibburdjar mistiedna Jean Paul Fleri Soler, ufficjal tal-Malta Sailing Federation kif wkoll Maja Podesta’ rebbieha tal-medalja tal-fidda.
Mistiedna wkoll membri tat-team Nazzjonali tal-basketball tan-nisa rebbieha tal-medalja tad-deheb kif wkoll l-atleti Carol Walsh, Giselle Camilleri u Nikolai Portelli.
Dixxiplina li pprovdiet sodisfazzjoni kienet dik tal-ginnastika u l-ginnasti zghazagh Adreana Zammit, Kirsty Caruana u Nicole Pace flimkien mal-President tal-federazzjoni tal-ginnastika Roberto de Santis.
Mal-programm hemm wkoll marbuta kompetizzjoni ghat-telespettaturi fejn permezz ta’ SMS 50617092 wiehed jista’ jirbah flokk tal-isport tad-ditta Errea mghoti mid-ditta Tuttosport kif wkoll premju iehor mghoti mid-ditta Diadora .
SPORT EXTRA bi produzzjoni u prezentazzjoni ta’ CHARLES CAMENZULI, ghandu direzzjoni ta’ Censu Arrigo , muntagg tas-servizzi ta’ Mark Zammit Cordina u grafika ta’ Simon Borda li huwa wkoll responsabbli minn aggornamenti fis-sit elettroniku www.replayonline.tv – taqsima Sport Extra liema sit eletronniku huwa aggornat tlett darbiet kulljum bl-ahhar ahbarijiet dwar dak li qed isehh fi hdan l-ghaqdiet nazzjonali tal-isport.
Kull min jixtieq taghrif jew filmati mill-passat dwar xi avveniment sportiv jista’ jghamel dan billi jikkuntattja lid-direzzjoni b’email : olympicmalta@hotmail.com