Futbol Malti
  Team Nazzjonali
  Futbol Lokali
 
 Futbol Ewropew
  Champions League
  Futbol Taljan
  Futbol Ingliż
 
 Replay Extras
  Rajna u Smajna
 
 Sport eXtra
  Il-program
  Rugby
  Sport Ieħor
  MOC
  Pubblikazzjonijiet
  Ghazliet Sportivi 2008
 
 Blogs
  Antoine Portelli
  Djarju - Andre Schembri
  John Borg
  Mark Attard
 
 Arkivju
  Statistika 2007/2008
  Mawra Juventus 2008
  Replay Gala Night 2008
  Ghazliet Sportivi Nazzjonali 2007
 
 
 
 

Other News

 
2-Jun-2009
CIPRU 2009 - Ahbarijiet
 

 Chetcuti jirbah id-deheb.

It-Tiratur William Chetcuti rebah il-kompetizzjoni trap u rebah l-ewwel medalja tad-deheb ghal Malta

GINNASTIKA
Midalja tal-bronż storika
Chris MUSCAT minn Nicosia
2 ta' Ġunju, 2009  18:21 CET

Midalja tal-bronż storika għal Malta waslet fil-Ġinnastika mit-tliet ġinnasti żgħar Adriana Zammit, Kirsty Caruana u Nicole Pace li fit-tim event spiċċaw it-tielet minn fost erba' pajjiżi.  B'hekk fit-tieni pateċipazzjoni tal-Ġinnastka, Malta reġgħet rebħet midalja oħra tal-bronż. L-ewwel midalja tan-nisa u tat-timijiet.

Ta' min jiririmarka li l-punteggi tal-ginnasti Maltin inghataw skont ir-regolament il-gdid jigifieri b'dawk li jingħataw lill-Juniors. Din kienet l-ewwel darba li dawn il-ġinnasti ħadu sehem f 'dan l-logħob, liema parteċipazzjoni waslet fost ħafna problemi u kontroversji.

Madankollu dan jawgura tajjeb għall-komptizzjoni tal-individwali. Tard filgħaxija mistenni jieħu sehem Philip Caruana Turner fil-ġinnastka tal-irġiel.

 

TABLE TENNIS
Bajada jirbaħ il-punt kontra l-Iżlanda
Chris MUSCAT minn Nicosia
2 ta' Ġunju, 2009  18:46 CET

Illum beda t-team event fejn il-Ħamis se jsiru s-semi-finali u l-finali. Minn kull grupp jgħaddu l-ewwel tnejn. Malta tinsab fi Grupp B flimkien mal-Iżlanda, San Marino u Monaco.

Fl-ewwel logħba t-tim Malti ffurmat minn Simon Gerada u Daniel Bajada ta' 16-il sena tilef kontra l-Iżlanda 3-1. Il-punt tal-Maltin wasal minn Daniel Bajada li rebaħ is-singles tiegħu. It-tim Malti fadallu logħba kontra San Marino u Monaco.

TENNIS
Cassar u Genovese fil-Kwarti tal-Finali u Asciak u Ceros eliminati
Chris MUSCAT minn Nicosia
2 ta' Ġunju, 2009  18:55 CET

Iż-żewġ tennisti nisa Maltin se jkun qed jilagħbu l-kwarti tal-finali tal-komptzzjoni Individwali b'ċans tajjeb li jżidu wkoll man-numru ta midalji. Dan wara li Kimberley Cassar kompliet turi l-forma eċċellenti li tinsab fiha meta għelbet lill-favorita u benjamina tal-pubbliku Daniella Kyprianidou ta' Ċipru, 6-0, 6-0.

Cassar lagħbet logħba b'saħħitha u konsisenti fejn qatt ma tat cans lill-avversarja tagħha timponi l-logħba taghha fuqha u gustament iddominat lill-avversarja biex issa tilghab fil-kwarti tal-finali flimkien ma' Elane Genovese li ngħatat bye. Intant f'xemx taqli l-ankri u sħana insapportabbli ta' aktar minn 38 grad celsius l-ewwel tnejn fl-azzjoni fis-centre court kienu Matthew Asciak u Daniel Ceros li t-tnejn ġew eliminati fl-Individwali.

Sakemm Asciak kien qed jilgħab, Ceros għażel li jistenna fuq ġewwa taħt l-arja kundizzjonata. Diżappunanti aktar mit-telfa tal-Maltin kienet l-organizzazzjoni fqira fejn kull logħba ntlagħbet mingħajr ball boys u aktar gravi minn hekk b'line judge wieħed. Imma minkejja dan l-umpire xorta waħda għażel li l-partiti jintlagħbu.

Ma kenitx sorpriża għalhekk li fl-ewwel set Sigurdsson kellu service li spiċċa madwar 30 ċentimetru barra imma l-ace għall-umpire kien jgħodd b'Asciak jipprotesta. Ftit wara kien imiss lil Ascak li jiġi vantaġġjat mill-umpire u service tieghu li deher ferm barra, ingħata bħala ace. Għall-kronaka, Asciak tilef 6-3, 6-3 kontra l-Iżlandiż Arnar Sigurdsson, dan l-istess player li kien elimnah sentejn ilu f'Monaco.

Asciak deher li ħalla wisq l-inizjattiva f'idejn l-avversarju u beda jħallih kull darba jattakkah bir-riżulat li kull darba li tela' max-xibka, Sigurdsson kiseb il-punti. Il-logħba l-oħra kienet identika b'Benjamin Balleret ta' Monaco jiddomina mill-bidu sal-aħħar il-logħba kontra l-Malti Daniel Ceros u jirbaħ 6-2, 6-2. Balleret li hu rrankjat fit-396 post fid-dinja, kien rebaħ il-midalja tal-fidda sentejn ilu f'pajjiżu meta tlef il-final. Ta'min jirrimarka li dawn iż-żewġ partiti ntlagħbu quddiem stadium litteralment vojt fejn preżenti kien hemm biss l-uffiċjali Maltin u l-players nisa tat-tim Malti flimkien magħna l-ġurnalisti.

BASKETBALL
It-tfajliet Maltin jibdew b'rebħa filwaqt li jitilfu l-irġiel
Chris MUSCAT minn Nicosia
2 ta' Ġunju, 2009  19:10 CET

It-team Malti tal-Basketball tat-tfajliet kellu ftuħ qawwi meta għeleb lil Iżlanda  69-53 (18-12, 16-12, 8-14, 27-15). Għall-kuntrarju, dak tal-Irġiel kien megħlub 53-93 kontra l-istess Iżlanda. Kienu t-tfajliet Maltin li taw l-akbar sodisfazzjon meta issa bir-rebħa fuq l-Iżlanda aċċertaw ukoll minn midalja tal-bronż anke jekk huma bosta li qed jistennew li din tkun deheb.

Il-coach Santino Coppa beda b'dawk li dehru kienu l-aħjar ħamsa, Loretta Ellul, Asleigh Vella, Kirsten Micallef u Josephine Grima bil-Maltin ikollhom bidu tajjeb u jtemmu l-ewwel sessjoni 18-12 minn fuq. Sal-mistrieħ, il-vantaġġ tal-Maltin kompla jikber hekk kif rebħu wkoll din is-sessjoni 16-12.punteġġ finali ta' 69-53. L-aħjar skorer għal Malta kienet Thoersten Brincat bi 32 punt u li sfortunatament weġġgħet lejn tmiem il-logħba. It-team Malti għada jilgħab kontra Ċipru.

It-team tal-Irġiel ma rnexxielux jikseb l-istess riżultati tan-nisa u kien megħlub bl-iskor kbir ta' 53-93 (13-29, 7-25, 14-20, 19-19).  Kif jindika l-iskor it-team Malti mmexxi minn Bruno Di Pietrantonio ma kellux risposta għall-qawwa u l-ħeffa tal-avversarji, partikolarment fl-ewwel żewġ sessjonijiet fejn l-Iżlandiżi ddominaw u bnew vantaġġ komdu li setgħu jikkontrollawh faċilment sat-tmiem.

Fit-tielet sessjoni l-Iżlandiżi naqqsu mir-ritmu u l-Maltin setgħu jaqsmu l-logħob sabiex temmew l-aħħar sessjoni 19-19. L-aħjar skorer għal Malta kien Marco Matjevic bi 15-il punt.
It-team Malti jilgħab għada kontra Andorra.

Pospost il-programm tal-ibburdjar
Chris MUSCAT minn Nicosia
2 ta' Ġunju, 2009  19:12 CET

F'Limassol il-programm tal-ibburdjar kien pospost kollu kemm hu hekk kif ma kienx hemm riħ biżżejjed u hemm biża' li dan it-tip ta' temp jippersisti anke sal-Ħamis. Donnu f' Ċipru t-temp iħobb jilghab dan iċ-ċajt għaliex 20 sena ilu kien hemm l-istess problema. It-tigrijiet minn flgħodu ew posposti gal wara nofsinhar fejn wara li raw li r-riħ baqa' l-istess ġie deċiż li jigu aġġornati għall-għada.

 

Ikkumenta fuq l-artiklu

 
25 sena wara l-log]ba storika Malta vs {ermanja.   (19-Dec-2009)
GOWL GĦALL-ISTRINA   (2-Dec-2009)
Te jew cafe'?   (18-Nov-2009)
Liema hu l-aqwa kampjonat – Premiership Ingli/ jew Serie A?   (13-Nov-2009)
Minn Replay ħareġ…   (10-Nov-2009)
Il-kampjonat ta’ l-ewwel diviżjoni u l-UEFA Champions League f’Replay   (8-Nov-2009)
Exclusive interview with Dusan Fitzel   (31-Oct-2009)
Replay f’Awstrija – Servizz estensiv dwar Andre Schembri.   (23-Oct-2009)
Il-log]ob jintlg]ab fil-ground…id-diskussjoni tkompli f’Replay   (16-Oct-2009)
Replay janalizza Portugall vs Malta   (9-Oct-2009)
Replay : Intervista esklussiva ma’ Dr Joe Mifsud.   (2-Oct-2009)
Jirritornaw Sport Extra u Replay fil-11 ta' Ottubru   (23-Sep-2009)
Sheffield Wednesday se jilagħbu għas-Centennial Cup ta' Sliema Wanderers   (5-Jul-2009)
Fidda storika għal William Chetcuti   (3-Jul-2009)
Mistiedna rappre/entanti tat-tliet champions fid-divi/jonijiet inferjuri   (11-Jun-2009)
“ Wara CIPRU 2009 ” fi Sport Extra Il-Hamis fit-8.30 ta’ filghaxija   (10-Jun-2009)
CIPRU 2009 - Ahbarijiet   (2-Jun-2009)
Ic-Champions Hibernians fl-Istudio ta’ Net TV.   (29-May-2009)
Intervista esklussiva ma’ Dusan Fitzel   (15-May-2009)
Replay...   (9-May-2009)
   
 
 
 
 
©Copyright 2010. All rights reserved. 
Web Design & Hosting by Foto Creative Ltd